Pass kbir ‘il quddiem fit-titjib tal-edukazzjoni Maltija – GUG – One News

Notifiki

Pass kbir ‘il quddiem fit-titjib tal-edukazzjoni Maltija – GUG

L-Għaqda Studenteska Għawdxija; GUG temmen li ż-żieda tal-istupendji se jkun ta’ benefiċċju kbir għall-istudenti kollha. Dan se jgħin biex jiġu kopruti l-ispejjeż tal-istudenti waqt l-istudji tagħhom.

Il-GUG qalet ukoll li l-fatt li studenti ta’ 14 u 15-il sena flimkien ma’ studenti full time ta’ ‘il fuq minn 20 sena se jgawdu minn trasport pubbliku b’xejn, se jgħin ekonomikament lill-istudenti li jkollhom jivvjaġġaw biex imorru fl-iskejjel rispettivi. Saħqu wkoll li t-trasport pubbliku għandu jsir aktar aċċessibbli u mtejjeb.

Waħda mill-aħbarijiet primarji kienet li l-eżamijiet tal-Matsec u Sec ser jibdew ikunu b’xejn mis-sena d-dieħla. Dan ifisser li dawk kollha li jisbuha diffiċli biex iħallsu dawn l-eżamijiet issa se jgawdu minn din il-miżura ġdida. Dan huwa pass kbir ‘il quddiem fit-titjib tal-edukazzjoni Maltija saħqu l-GUG.

Bħala organizzazzjoni studenteska Għawdxija, il-GUG temmen ukoll li s-sussidju li ngħata lil studenti Għawdxin li jgħixu Malta, ser itaffi l-piż finanzjarju li dawn jaffaċċjaw. Il-GUG fl-istess waqt tixtieq tara iżjed għajnuna fir-rigward tal-Campus tal-Università f’Għawdex fejn hemm bżonn ta’ tisbieħ. Jekk dan il-campus ser ikompli jintuża, l-ambjent tiegħu għandu jkun adekwat kompliet tgħid il-GUG.

L-organizzazzjoni GUG taħseb li l-budget 2019 tejbet is-settur edukattiv flimkien mal-kwalità tal-ħajja studenteska li fl-aħħar mill-aħħar, dan iwassal biex ikunu ta’ benefiċċju għall-istat fil-futur qarib.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend