“Malta se tkompli tibni fuq bażi soda biex tasal għal aktar opportunitajiet”- il-PM – One News

Notifiki

“Malta se tkompli tibni fuq bażi soda biex tasal għal aktar opportunitajiet”- il-PM

F’rendikont li ta fil-Parlament dwar żewġ laqgħat li kellu fi Brussell il-jiem li għaddew, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta se tkompli tkun parteċipi f’laqgħat bħal dawn, u tkompli tibni fuq bażi soda biex tasal għal aktar opportunitajiet.

Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Muscat kien preżenti għall-laqgħa tal-Kunsill Ewropew u l-Laqgħa bejn pajjiżi Ewropej u Asjatiċi.

Fost dak li kien diskuss, wieħed isib Brexit, l-immigrazzjoni, is-sigrutà interna, u relazzjonijist esteri. 

Il-Prim Ministru spjega kif huwa ċar li għad m’hemm bbda konklużjonijiet ċari dwar Brexit minkejja li ż-żmien fejn suppost ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea wasal fil-qrib. Spjega wkoll kif l-Unjoni Ewropea għadha trid tara jekk hux se jsir summit ieħor f’Novembru li ġej. Jidher li l-ikbar impendiment għall-qbil tibqa’ l-kwistjoni tal-Irlanda u l-assikurazzjonijet meħtieġa u marbuta magħha.

Spjega wkoll li l-‘Good Friday Agreement’ li sar bejn ir-Renju Unit, li l-Irlanda ta’ Fuq tagħmel parti minnu, u r-Republika Irlandiża, neħħa l-fruntieri li jeżistu bejn iż-żewġ stati, u qed iwassal għal ħafna diskussjonijiet dwar x’għandu jsir hekk kif il-kwistjoni mhux sempliċiment waħda ta’ fruntiera linja dritta li tista’ taqbad u tagħlaq, iżda sitwazzjoni fejn hemm għexirien ta’ toroq li prattikament jaqsmu l-fruntiera min-naħa għall-oħra, hekk kif il-ftehim ta l-faċilità ta’ moviment liberu bejn iż-żewġ pajjiżi u anke li magħhom jistgħu jġorru prodotti liberament.

Il-Prim Ministru Muscat żied jgħid li l-kwistjoni tas-sigurtà qed iġiegħel lin-negozjatur ewlirni tal-Unjoni Ewropea jitlob għal żmien itwal biex iż-żewġ partijiet jaslu.

Dwar l-Immigrazzjoni, il-Kunsill Ewropew għamel analiżi tal-konklużjonijiet tal-istess Kunsill f’Ġunju li għadda, u filwaqt li nnota li l-livell ta’ qsim għall-Ewropa naqas b’95% minn Ottubru 2015, xorta waħda għad fadal ħafna xogħol xi jsir. Hawnhekk kien deċiż li titwaqqaf Task Force bl-appoġġ tal-istess Kunsill u l-Kummissjoni, biex flimkien mal-Europol, sa Diċembru li ġej, ikunu ppreżentati sett ta’ mizuri msejsa sabiex jindirizzaw il-problema tat-traffikar tal-umani.

F’dak li huwa sigurtà interna, il-Prim Ministru qal li l-Unjoni Ewropea se tkompli taħdem biex tissokta l-ġlieda kontra perikli kontra s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej minn mezzi differenti, bħal armi kimiċi, armi bioloġiċi jew armi nukleari.

L-Unjoni Ewropea se tkun qed taħdem ukoll sabiex tipproteġġi l-valuri demokratiċi Ewropej anke b’rabta mal-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, billi fost l-oħrajn tiġġieled il-problema tal-misinformazzjoni.

Il-Prim Ministru Muscat fakkar kif Malta u pajjiżi tal-Asja għandhom relazzjonijiet ta’ kummerċ fondi, u li waqt il-laqgħat tal-ġimgħa li għaddiet, intqal li Malta tista’ toffri opportunità lil dawn il-pajjiżi u bosta pajjiżi oħra biex inħarsu lejn il-futur, b’mod partikolari fil-qasam tal-blockchain li pajjiżna qed jirreloga. Tant, li delegazzjoni mill-Ġappun se tiġi Malta biex tara l-progress f’dan il-qasam.

Żied jingħad kif forum bħal dan huwa importanti biex pajjiżna jkompli jkabbar il-profil tiegħu. Il-Prim Ministru Muscat temm jgħid li b’dawn il-laqgħat, Malta se tkompli tibni fuq bażi soda biex tasal għal aktar opportunitajiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend