Il-Ministru Evarist Bartolo jiltaqa’ mal-Ministru tal-edukazzjoni Ċiniż Chen Baosheng – One News

Notifiki

Il-Ministru Evarist Bartolo jiltaqa’ mal-Ministru tal-edukazzjoni Ċiniż Chen Baosheng

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo kellu laqgħa sodisfaċenti mal-Ministru Ċiniż tal-Edukazzjoni  Chen Baosheng f’Beijing. Il-Ministru Bartolo kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur John Aquilina.

Malta u ċ-Ċina qablu li għandu jiġi mġedded il-ftehim fuq ir-rikonoxximent tal-kwalifiċi għal 5 snin oħra. Il-Ministru Ċiniż qal li fiċ-Ċina ser jibqgħu jiġu rikonoxxuti degrees u diplomi tal-Università ta’ Malta, tal-kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Tekonoloġija u tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi.

Iż-żewġ ministri qablu li Malta għandha tara li l-istutzzjonijiet tagħħa jaraw li d-degrees u d-diplomi li jsiru jkunu rikonoxxuti fiċ-Ċina.

Iż-żewġ pajjiżi fthemu wkoll li għandu jkun hemm aktar inkoraġġiment biex isiru skambji ta’ studenti bejn Malta u ċ-Ċina kif ukoll li aktar studenti Ċiniżi jiġu jistudjaw f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend