FILMAT: Għexieren jindarbu wara li ċeda bihom escalator fil-metro ta' Ruma | One News

Notifiki

FILMAT: Għexieren jindarbu wara li ċeda bihom escalator fil-metro ta’ Ruma

Għexieren ta’ partitarji Russi ndarbu wara li ċeda bihom escalator f’stazzjon tal-metro f’Ruma.
L-inċdient seħħ għall-ħabta tat-8.00 p.m. tat-Tlieta filgħaxija ftit qabel il-logħba taċ-Champion League bejn Roma u Cska Moska fl-Olimpico.

Filmati li xxandru fuq il-midja soċjali juru lill-partitarji neżlin minn fuq l-escalator meta fid-daqqa u l-mument, il-partitarji jidhru jaqgħu fuq xulxin b’ħafna minnhom jidhru maqbudin fit-taraġ.

Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-partitarji kienu neżlin mill-metro biex imorru l-grawnd. Qalu li wħud minnhom kienu fis-sakra u bdew jgħaffġu f’xulxin bil-konsegwenza li ċeda bihom l-escalator. Ħafna minn dawk midruba għandhom ġrieħi gravi f’saqajhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend