BIL-FILMAT: Baġit li jiskadi – Adrian Delia – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Baġit li jiskadi – Adrian Delia

Hekk iddeskriva l-Baġit għas-sena 2019 il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Baġit li fi kliemu huwa mimli mizuri kosmetiċi.

Dan huwa s-seba’ baġit ta’ Gvern Laburista, huwa tieni baġit bla taxxi, u t-tielet baġit li qed jimmira għal surplus fil-finanzi pubbliċi.

Huwa wkoll ir-raba’ baġit b’żieda għall-pensjonati, u s-sitt baġit li se jkompli joffri childcare b’xejn b’investiment ta’ €18-il miljun, żieda ta’ aktar minn €3.5 miljun fuq is-sena li għaddiet.

Madankollu, għal Adrian Delia dan mhux baġit tajjeb.

F’dagħdigħa ta’ negattività, iżda mingħajr viżjoni għall- pajjiż, Adrian Delia sejjaħ dan il-baġit bħala aljenazzjoni, u li mhux is-suċċess tas-surplus.

Delia qal dan ftit tas-sigħat wara li l-Eurstotat ħabbret li Malta rreġistrat l-akbar surplus fl-Unjoni Ewropea ta’ kważi €396 miljun fl-2017.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru wkoll li d-dejn ta’ pajjiżna naqas b’iktar minn €64 miljun, u jinżel taħt il-50% tal-Prodott Domestiku Gross.

Iżda Adrian Delia qal li d-dejn żdied.

B’reazzjoni għad-diskors ta’ Adrian Delia, il-Partit Laburista qal li Delia reġa’ kien negattiv u distruttiv.

Qal li minn mitt paġna ta’ miżuri f’oqsma differenti, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma sab edba miżura xi jfaħħar fl-ewwel reazzjoniji tiegħu wara l-baġit.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Adrian Delia rrepeta dak li jgħid kull nhar ta’ Ħadd fil-każini tal-Partit Nazzjonalista, mingħajr ma deher ta każ ta’ dak li tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi.

Saħansitra qal li l-Gvern li rreġistra l-ikbar surplus fl-Unjoni Ewropea m’għandux pjan ekonomiku.

Il-Partit Laburista qal li dan apparti li bħas soltu kellu żbalji fattwali jew injora għal kollox is-sewwa magħruf.

Delia jrid isib skop għax jeżisti bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u donnu li l-uniku skop li kien kapaċi jsib hu li jkun negattiv iktar minn ta’ qablu. Biex minflok il-mod ġdid li wiegħed, mar lura għal agħar forma tat-tmexxija. Negattiva u distruttiva li ma tipproponi xejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend