Żieda ta’€5.14 fil-ġimgħa f’Għajnuna Medika lil persuni b’mark kroniku – One News

Notifiki

Żieda ta’€5.14 fil-ġimgħa f’Għajnuna Medika lil persuni b’mark kroniku

Mis-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed iżid il-ħlas tal-Għajnuna Medika mhux kontributorja  b’€5.14 fil-ġimgħa lil dawk il-persuni miżżewġin fejn hemm żewġ adulti li jbatu minn mard kroniku u li qed jirċievu din l-Għajnuna.Ħabbar dan il-Ministru Edward Scicluna fejn spjega kif din iż-żieda tirriżulta mid-differenza li hemm sal-lum bejn ir-rata mħallsa lill-ewwel adult u r-rata mħallsa lit-tieni adult.

Qal li b’dan il-mod issa kull adult fil-familja jitħallas indaqs.  L-aktar li se jibbenefikaw minn din il-miżura huma koppji anzjani li t-tnejn għandhom mard kroniku u huma eliġibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend