Rata inqas ta' VAT fuq kotba elettroniċi u għotja fuq xiri ta' strumenti mużikali | One News

Notifiki

Rata inqas ta’ VAT fuq kotba elettroniċi u għotja fuq xiri ta’ strumenti mużikali

Ir-rata ta’ VAT li titħallas fuq kotba u oġġetti stampati simili, kif ukoll dawk provduti fuq CD, DVD, SD card jew USB hija ta’ 5%.Fid-diskors tiegħu l-Ministru Edward Scicluna spjega kif din ir-rata mnaqqsa ta’ VAT issa se tiġi estiża ukoll għal dawk il-kotba, gazzetti u pubblikazzjonijiet li jiġu pprovduti elettronikament. Din il-miżura ma tinkludix pubblikazzjonijiet li fil-maġġoranza tagħhom jikkonsistu f’riklami, mużika awdibbli jew videos.

Barra minn hekk, il-Gvern se jestendi l-għotja li llum qed tingħata lil dawk li jixtru strument mużikali minn Malta, għal meta dawn jixtruh minn barra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend