Investiment fit-toroq ta’ €100 miljun fis-sena li ġejja – One News

Notifiki

Investiment fit-toroq ta’ €100 miljun fis-sena li ġejja

Il-pjan ta’ €700 miljun biex isiru toroq kollha tal-pajjiż, inkluż Għawdex, fuq seba’ snin, beda. Fis-sena li ġejja, il-Gvern qed jippjana li jsir xogħol fuq toroq b’investiment ta’ mitt miljun ewro.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif dan juri biċ-ċar l-importanza li lest joffri dan il-Gvern lil dan il-qasam li kien ilu fuq fomm kulħadd għal għexieren ta’ snin. Dan huwa erba’ darbiet aktar milli kien jiġi vvutat qabel.

Il-Ministru qal kif il-proġetti għaddejjin b’ritmu mgħaġġel, filwaqt li x-xogħol qed isir bi standards għoljin. Għalhekk, il-Gvern fiduċjuż li t-toroq li huma maħsuba li jsiru matul is-sena d-dieħla, isiru kollha u fiż-żmien stipulat.

Spjega kif il-Gvern jifhem il-kritika li ġieli ssir dwar il-bżonn li l-iżvilupp bżonjuż tat-toroq jiżżewweġ aħjar mal-protezzjoni ta’ żoni ħodor, u ż-żamma ta’ siġar. Għal dan il-għan, Infrastruttura Malta se tibda proġett dwar Ġonna Urbani, fejn bi sħubijiet strateġiċi, ikunu jistgħu jiġu maħluqa u jinżammu żoni ħodor, li jsebbħu u jkunu post ta’ rikreazzjoni, bħala parti mill-proġetti li jsiru.

Għal dan il-għan se jiġu allokati €1 miljun għall-ewwel sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend