Ikomplu jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-imgħoddi – One News

Notifiki

Ikomplu jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-imgħoddi

Għat-tielet sena konsekuttiva l-Gvern se jkun qed jalloka €11 miljun f’fondi biex jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-imgħoddi li jolqtu aktar minn 6,000 benefiċjarju jew l-eredi tagħhom.

Dan hekk kif għal dawn l-aħħar sentejn, twaqqaf fond li minnu bdew jingħataw ħlasijiet għal anomaliji li setgħu nħolqu tul is-snin minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet, jew għal raġunijiet oħra.

Il-Ministru Edwards Scicluna spjega kif matul is-sena d-dieħla wkoll se jiġi fi tmiemu l-proċess biex jitħallsu l-arretrati tal-pensjonijiet lill-eks ħaddiema tal-Malta Electricity Board u l-eredi tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend