Ġenituri ta’ tfal b’diżabiltà se jirċievu €25 fil-ġimgħa – One News

Notifiki

Ġenituri ta’ tfal b’diżabiltà se jirċievu €25 fil-ġimgħa

Il-Gvern se jgħolli mill-ġdid l-allowance ta’ kull ġimgħa li jirċievu ġenituri ta’ tfal b’diżabiltà fiżika jew mentali.

Mis-sena d-dieħla, dawn il-ġenituri se jirċievu €25 fil-ġimgħa, żieda ta’ €5 fil-ġimgħa mis-snin ta’ qabel. 

Il-familji ta’ madwar 1,400 tifel u tifla se jibbenefikaw minn din il-miżura, imħabbra ftit tal-ħin ilu fil-Parlament mill-Ministru Edward Scicluna waqt id-diskors tal-baġit.

Dan l-istess benefiċċju kien żdied minn Gvern Laburista minn €16.31 għal €20 fil-ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend