Aktar NGOs se jkunu eżentati milli jħallsu taxxa – One News

Notifiki

Aktar NGOs se jkunu eżentati milli jħallsu taxxa

Il-Gvern se jkompli jgħin l-għaqdiet tal-volontarjat bili jżid il-kategoriji ta’ dawk l-għaqdiet li jgawdu minn eżenzjoni mit-taxxa. 

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif mis-sena d-dieħla, dawk l-għaqdiet volontarji żgħar li l-introjtu tagħhom matul is-sena ma jaqbiżx l-€10,000 se jkunu jiġu eżentati milli jħallsu taxxa.

Dawn l-għaqdiet iridu jkunu reġistrati u konformi mal-Kummissarju dwar l-Għaqdiet Volontarji taħt il-kategoriji rikonoxxuti mill-istess Kummissarju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend