700 unit ta' housing soċjali ġdid b'investiment ta' €50 miljun | One News

Notifiki

700 unit ta’ housing soċjali ġdid b’investiment ta’ €50 miljun

Il-Gvern se jkompli l-proġett tal-bini ta’ 500 appartament ta’ housing soċjali bl-għajnuna tal-Bank tal-Investiment Ewropew u l-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill Ewropew, filwqt li se jibda’ proġett ta’ bini ta 700 unit għal housing soċjali ġdid b’ investiment ta’ €50 miljun. Parti minn dan l-investiment, li tħabbar ftit tal-ħin ilu mill-Ministru Edward Scicluna fid-diskors dwar il-baġit, ġej mill-Fond Soċjali u ta’ Żvilupp Nazzjonali, l-NSDF. 

Barra minn hekk, il-Gvern sejjer ikompli joħloq inizjattivi biex ikompli jiżdied l-istokk ta’ djar tal-Gvern.

Fl-istess ħin, ew identifikati numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li huma fi stat dilapilitat, liema proprjetajiet jistgħu jiġu rranġati biex jintużaw bħala djar soċjali.

L-Awtorità tad-Djar se tkun qed tagħmel ri-organizzazzjoni interna sabiex tkun qed tkopri l-isfidi kollha lis-settur tad-djar, fejn jidħlu djar soċjali affordabbli. Għal dan l-għan se jitwaqqaf Unit ġdid li se jkun qed jiffoka fuq ir-reġistrazzjoni tal-propjetà, protezzjoni tas-sidien, u infurzar tar-regolamenti. Dan filwaqt li l-Awtorità se tevalwa żewġ proġetti pilota li se jsir ma’ entitajiet mhux governattivi. l-Awtorità se tkun qed toħroġ parti mill-ispiża biex din il-propjetà tiġi rranġta, u se tidħol f’arranġament mal-entità biex id-djar jiġu użati għal skop ta’ djat soċjal b’rati ta’ kirjiet orħos minn dak li qed joffri s-suq.

Fix-xhur li ġejjin, l-Awtorità se tkompli l-ħidma tagħha fuq programm ta’ manutenzjoni jew tisbiħ, skont il-bżonnijiet ta’ kull blokka partikolari.  Se jkompli wkoll il-programm ta’ tisbiħ fl-oqsma tal-Bini tal-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend