2,200 pensjonant tas-servizz se jibbenefikaw minn żieda ta’ €11 fil-ġimgħa – One News

Notifiki

2,200 pensjonant tas-servizz se jibbenefikaw minn żieda ta’ €11 fil-ġimgħa

Madwar 4,500 pensjonant tas-servizz se jerġa’ jkollhom żieda oħra ta’ €200 fl-ammont ta’ pensjoni tas-servizz li tiġi injorata fl-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtaˋ soċjali, biex b’hekk is-somma eżentata issa se titla’ għal €2,466.

Il-Ministru Edward Scicluna żied jgħid fil-Parlament kif mis-sena d-dieħla, il-pensjonati li jirċievu pensjoni tas-servizz u li għandhom 72 sena jew aktar, jew li mis-sena d-dieħla ’l quddiem jilħqu din l-età se jibbenefikaw minn reviżjoni tal-pensjoni tagħhom tas-sigurtà soċjali. Hekk minflok kif dejjem sar s’issa li jiġi injorat nofs l-ammont ta’ pensjoni tas-servizz li jkun ġie kkomutat, mis-sena d-dieħla se jibdew jiġu injorati 75% fil-mija tal-ammont ikkomutat.

Din il-miżura se tolqot madwar 2,200 pensjonant, hekk kif dawn se jibbenefikaw minn żieda medja ta’ madwar €11 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom tas-sigurtà soċjali.

Maż-żmien, aktar pensjonanti tas-servizz se jkunu qed jibbenefikaw minn din il-miżura, speċjalment dawk li l-pensjoni tas-servizz tagħhom hija aktar baxxa minn ta’ oħrajn.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend