Tammetti li serqet il-flus mill-post tax-xogħol – One News

Notifiki

Tammetti li serqet il-flus mill-post tax-xogħol

Silberberg Helene, Franċiża ta’ 37 sena li tgħix San Pawl il-Baħar, ammettiet li serqet mat-€800 minn fuq il-post tax-xogħol tagħha, wara li sostniet li baqgħet ma tħallsitx tax-xogħol li għamlet.

Fil-Qorti ħareġ kif l-akkużata nqabdet tisraq f’filmati minn kameras tas-sigurtà.

Il-Maġistrat Gabriella Vella sabet lil Helene ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u kkundannata għal tmien xhur ħabs sospiżi għal sena. Hija ġiet ordnata tħallas 100 ewro fix-xahar għal sitt xhur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend