Rebħiet b’ħafna gowls għal Luxol u Valletta – One News

Notifiki

Rebħiet b’ħafna gowls għal Luxol u Valletta

Matul din il-ġimgħa intlagħbet it-tielet ġurnata tal-kampjonat tal-futsal lokali, fejn spikkaw ir-rebħiet b’ħafna gowls għal Luxol u Valletta.

Luxol St Andrews kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United, bl-iskor kbir ta’ 17-0. Il-gowls waslu minn tripletti ta’ Celino Alves u Carl Azzopardi, doppjetti ta’ George Frendo, Maicon Silva u Zvezdan Vukovic u gowl kull wieħed għal Mark Zammit, Aidan Micallef, Andy Mangion, Emil Andrei Raducu u Nicola Delre.

Valletta FC Futsal kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta faċilment għelbu lil Pietà Hotspurs Futsal bl-sikor ta’ 15-0. Il-gowls Beltin waslu minn tripletti ta’ Jovica Milijic u Gia Nikvasvili, doppjetti ta’ Melvin Borg, Camilo Andres Gomez Vanegas u Mohamed Elamari u gowl kull wieħed għal Dylan Musu, Shawn Vella u Denis Di Maio.

F’aktar logħbiet li kellna matul din il-ġimgħa, Birkirkara FC Futsal kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lit-tim tal-istudenti tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 7-4.

Swieqi United ukoll kisbu t-tielet rebħa minn tliet logħbiet, meta kisbu rimonta tajba u għelbu lil Tarxien Rainbows Futsal bl-iskor ta’ 5-3.

Fl-aħħarnett waslet l-ewwel rebħa għal UM Futsal Academy meta għelbu lit-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol bl-iskor ta’ 3-2.

Il-ġimgħa d-dieħla l-kampjonat lokali jieqaf, sabiex it-tim nazzjonali Malti jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

Dawn iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu l-Ġimgħa 26 u s-Sibt 27 ta’ Ottubru fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke u jibdew fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend