Sussidju għall-kera regolari għall-istudenti Għawdxin – One News

Sussidju għall-kera regolari għall-istudenti Għawdxin

L-istudenti Għawdxin se jibdew jirċievu s-sussidju mill-Gvern għall-kera kull xahar minflok kull tliet xhur b’lura.

Dan ifisser li s-sussidju ta’ €500 li l-istudenti jirċievu kull tliet xhur, ser jinqasam fi tliet pagamenti. 

Ħabbret dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana iktar kmieni fl-Universitá ta’ Malta:

“Qalulna jekk hemmx possibiltá li minflok kull tliet xhur b’lura ikunx jista’ jiġi antiċipat. Allura għamilna it-taħditiet meħtieġa biddilna  anke is-sistema biex issa l-pagament ikun jista’ jsir kull xahar”.

Il-Ministru Caruana tenniet li dan qed isir wara li l-għaqda tal-Istudenti Universitarji Għawdxin issuġġerriet bidla fis-sistema li tgħin tnaqqas il-piż minn fuq l-istudenti. Dan għall-fatt li minkejja li kienu jitħallsu kull tliet xhur, il-kera xorta kellhom iħallsuha kull xahar.

Il-President tal-GUG Rachel Galea qalet li dan kien pass importanti u li ser jgħin iserraħ ras l-istudenti Għawdxin kull darba li jkollhom iħallsu l-kera:

 

“Nitkellem bħala Għawdxija, nista’ ngħid li hija importanti ħafna għax għall-istudent, jekk ma jsibx għajnuna mill-familja tiegħu irid jaħdem u jmur għax-xogħol, u l-flus minn ximkien irid issibhom, jiġifieri naħseb din hija xi ħaġa importanti ħafna”.

Il-bidla fis-sistema se tidħol fis-seħħ minn Jannar li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *