“Se nippromwovu lil Malta permezz tal-innovazzjoni u t-teknoloġija” – Il-PM – One News

“Se nippromwovu lil Malta permezz tal-innovazzjoni u t-teknoloġija” – Il-PM

“Se nkunu qed nippromwovu kemm jista’ jkun il-kuntatti permezz tal-innovazzjoni u t-teknoliġija. Qasam li Malta għamlet avvanzi kbar fih.”

Kien dan il-kumment tal-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif ilbieraħ ingħata bidu għat-12-il summit bejn il-pajjiżi Ażjatiċi u Ewropej magħruf bħala ASEM mtella’ fi Brussell.  

Dan hu summit li jsir kull sentejn li jlaqqa’ 30 Kap ta’ Stat u Gvern Ewropew  ma’ 21 mexxej Ażjatiku.

Il-Prim Ministru spjega kif dan hu forum eċitanti ħafna għal Malta hekk kif wħud mit-trading partners importanti ħafna globalment jinsabu fl-Ażja fosthom Singapore, il-Ġappun u ċ-Ċina. Spjega kif bħala pajjiż Ewropew, huwa importanti ħafna li kemm jista’ jkn il-kuntatti ma’ dan il-kontinent jkunu kemm jista’ jkun b’saħħithom.

Dr. Muscat spjega kif fil-qasam tal-blockchain Malta qed tiġbed ħafna attenzjoni fejn issa rridu nitfgħu ħarsitna lejn il-qasam tal-Inteliġenza Artifiċjali, AI, u oqsma oħra sabiex b’hekk nattiraw aktar investiment lejn pajjiżna anke minn dan il-kontinent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend