Il-maġġoranza tal-imwiet f’Malta jseħħu minħabba mard tal-qalb – One News

Notifiki

Il-maġġoranza tal-imwiet f’Malta jseħħu minħabba mard tal-qalb

“Matul l-aħħar erba’ snin, pajjiżna għamel avvanzi kbar fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija hekk kif investa f’meżżi ġodda li permezz tagħhom biddel kompletament kif il-pazjenti bil-mard tal-qalb jiġu trattati.” 

Sostna dan il-President tas-Soċjetà Maltija għall-Kardjoloġija Dr Robert Xuereb waqt edizzjoni oħra tal-konferenza tas-Soċjetá tal-Kardjoloġija f’Malta li din is-sena tefgħet ħarsitha fuq persuni li jmutu zopptu:

“Daħħalna interventi bħalma huwa left atrial appendage closure. Dawk in-nies li jkollhom riskju ta’ stroke jew puplesija, u ma jistgħux jieħdu mediċina bħal wolferina u mediċini oħrajn, nistgħu nagħmlulhom dan id-device biex nagħlqulhom l-appendage u ma jkollhomx riskju ta’ stroke. Daħħalna affarijiet bħal nitraclip li huwa intervent ġdid għal nies li jkollhom qalb għajjiena, li b’hekk nistgħu insaħħu l-qalb u b’hekk minnha jibbenefikaw iktar u iktar pazjenti Maltin”.

Il-kardjolgu Xuereb qal li għall-konferenza qed jattendu 15-il kardjologu barrani li qed jaqsmu l-istudji u r-riċerka tagħhom ma’ 71 espert u professjonist lokali sabiex tibqa’ tiġi indirizzata din il-problema.

Dr Xuereb żied jgħid li l-Ħadd li ġej, il-pubbliku se jkollu l-opportunitá jitgħallem x’għandu jagħmel f’każ li persuna taqa’ zopptu quddiemu:

 

“It-tema għal din is-sena hija ‘Sudden Cardiac Arrest’, jiġifieri dak li jmut b’zopptu, u se nitkellmu fuq x’għandu x’jagħmel wieħed biex jevita, u anke x’għandu jagħmel wieħed jekk fil-post tad-dar tiegħu jew fil-post tax-xogħol tiegħu jaqa’ xi ħadd quddiemu u jmut jew ikollu cardiac arrest, xi jkollu jagħmel f’dik is-sitwazzjoni”.

Dr Xuereb żied jgħid li dakinhar il-pubbliku ser ikun jista’ wkoll jżur il-laboratorji tal-kardjoloġija sabiex jifhem aħjar il-proċessi li jsiru waqt it-trattament tal-qalb. Dan apparti li se jkun jista’ jiċċekkja wkoll id-demm, il-pressjoni, iz-zokkor, u l-piż.

 

Id-Deputat Prim Minsitur u Ministru għas-saħħa Chris Fearne qal li se jitnieda kors mhux kliniku għal kull min jaħdem fis-settur tas-saħħa sabiex jitħarrġu dwar kif għandhom jittrattaw lill-pazjenti.

Dan kollu bil-għan li l-pazjent ikun ttrattat bl-aħjar mod possibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend