Filmat: Se jsir inġinier minkejja li jbati mid-Dyslexia – One News

Notifiki

Filmat: Se jsir inġinier minkejja li jbati mid-Dyslexia

Dan huwa Gary.

Student tal-Inġinerija fl-MCAST u black-belt fl-arti marzjali tal-Karate.

Jekk ma tkunx tafu tassumi li l-ħajjet dan iż-żagħżugħ sa issa kienet waħda ħarir madankollu l-esperjenza tiegħu f’din id-dinja mhux minn dejjem kienet ward u żahar.

Dan hekk kif meta kien żgħir, Gary skopra li kellu l-kundizzjoni tad-Dyslexia.

Kundizzjoni li minkejja ma taffettwax l-intelliġenza tal-individwu, tolqot l-interpretazzjoni tal-kliem, ittri, numri u simboli.

Gary spjega kif is-sintomi ta’ din il-kundizzjoni affettwawlu l-esperjenza skolastika tiegħu sa minn ċkunitu:

House u Horse, bħala forma qisha l-istess. Meta tkun qed taqra peress li aħna għandna picture memory, taraha qisha l-oħra u taqra l-kelma l-oħra. In-numri nsib battikata fihom. Kemm it-tables biex tiftakar u kif ukoll biex naqra n-numri. Per eżempju dawk li huma simili ta’ xulxin diffiċli taqrahom”.

Ommu Isabelle spjegat li ma kinitx faċli fuqha wkoll li sfortunatament kellha tara lil binha jiġġieled ma’ din il-kundizzjoni filwaqt li taf li ma hemmx kura li tfejqu għal kollox:

“Li jkollok it-tfal li jmorrulek l-iskola u jaffaċċjaw dawk id-diffikultajiet ta’ kuljum mhux faċli. Qisek għandek persuna li tibża’ mill-għoli u qed tobdik u qed tmur dejjem f’gallerija tixxabbat. Tista’ timmaġina minn xiex jgħaddu dawn it-tfal”.

Madankollu llum Gary daqt jiggradwa bħala Inġinier:

“Jien ħassejt li l-iktar ħaġa li għinitni hija l-isport. Dejjem żammni rilassat. Il-pressure li jkollok fuqek tal-iskola toħroġha waqt li tkun qed hemm ma tibqax’ taħseb fuq l-iskola”.

Illum fil-Jum Dinji għall-kundizzjoni tad-Dyslexia, Gary xtaq li jwassal messaġġ sabiex jgħin u jimmotiva lil dawk kollha li minkejja li għandhom din il-kundizzjoni xorta ma jaqtgħux qalbhom u jibqgħu jippersistu:

“Tisma’ ħafna affarijiet. Kemm affarijiet li se jżommuk lura, imma trid tibqa’ tħares lejn xiex qed timmira, tibqa’ sejjer għaliha u ma tħalli xejn iwaqqfek”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend