Bil-Filmat: Kumpanija tal-cruise liners se tibda vjaġġi minn Malta – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Kumpanija tal-cruise liners se tibda vjaġġi minn Malta

L-industrija tal-cruise liners f’Malta mistennija tkompli tikber fis-sentejn li ġejjin wara li l-kumpanija tal-cruise liners P&O ħabbru li se jibdew għadd ta’ vjaġġi minn pajjiżna.

Permezz ta’ dan il-ftheim, madwar 100,000 passiġġier fis-sena se jżuru lil pajjiżna biex wara jaqbdu l-cruise liner mill-Port il-Kbir.  Dan ifisser li bosta turisti se jesperjenzaw lil pajjiżna ħafna iktar minn meta jaslu bi cruise liners li ma jitilqux minn Malta. Il-benefiċċju ekomomiku minn dan il-ftehim mistenni jkun sostanzjlai b’mod partikolari għas-settur tat-trasport. 

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi saħaq li l-Gvern qed iħares għal titjib fil-Port tal-Belt Valletta:

“Il-Malta Tourism Authority u l-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għat-Trasport qed jaħdmu fuq l-infrastruttura biex intejbu l-Valletta Cruise Port, u bħalissa qiegħdin f’diskussjonijiet mat-Terminal biex nespandu Pinto 4 u 5.”

Huwa kompla jisħaq li din il-ħidma tkompli żżomm il-Port il-Kbir bħala wieħed kompetittiv u mfittex fil-Mediterran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend