Jonqsu b’4% l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola – One News

Notifiki

Jonqsu b’4% l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola

Stħarriġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li tul l-2017, l-ammont ta’ studenti Maltin li għażlu li jitilqu kmieni mill-iskola kien ta’ 17.7%, 4 punti perċentwali inqas mir-rata tal-2012.

Minkejja dan it-tnaqqis, Malta se tibqa’ timbotta sabiex tilħaq l-għan tagħha, li sal-2020 ikunu 10% biss l-istudenti li jieqfu jistudjaw kmieni. 

L-aħħar statistika tal-NSO iffukat fuq is-suq tax-xogħol f’Malta, fejn fl-2017, 69.2% tal-persuni bejn il-15 u l-64 sena kellhom impjieg. L-NSO tikkonferma wkoll li 15 minn kull 100 impjegat kellu xogħol fuq bażi part-time. Ir-rata ta’ impjieg f’Malta hija 1.5% ogħola minn dik fil-bqija tal-Istati Membri Ewropej.

Ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna esperjenzat tnaqqis notevoli bejn l-2012 u l-2017, hekk kif min 6.2% fl-2012, ir-rata ta’ persuni bla xogħol niżlet għal 4% sal-2017. Fl-istess ħin, ir-rata ta’ żgħażagħ mingħajr impjieg fl-2017 kienet ta’ 8.6%, 2.3% inqas mir-rata f’pajjiżi Ewropej oħra.

L-NSO innutat ukoll żieda fl-ammont ta’ persuni li kisbu livell terzjarju ta’ edukazzjoni, tant, li fl-2017, Malta laħqet il-mira Ewropea li sal-2020, 33% tal-popolazzjoni jkollha livell terzjarju ta’ edukazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend