“M’għadnix Simon li kont qabel imma ġejt Simon aħjar milli kont” – One News

“M’għadnix Simon li kont qabel imma ġejt Simon aħjar milli kont”

Tnediet il-Fondazzjoni Simon Schembri Blue Light Foundation. Fondazzjoni li twaqqfet wara dak li għadda minnu l-kuntistabbli Simon Schembri.

F’din il-Fondazzjoni hemm koperti il-pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili, Forsi Armati ta’ Malta, ħaddiema tal-emergenza u ħaddiema tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Hermann Mula qal li l-għaqda twaqqfet wara li grupp ta’ ħbieb ta’ Simon ingħaqdu biex jgħinu lil Simon u ħassew li għandha titwaqqaf din il-fondazzjoni li se tkun qed toffri għajnuna li diġà joffri lill-istat.

Fil-fondazzjoni se jkun hemm Bord: membru minn forzi tal-ordni u Teżorier u Segretarju Eżekuttiv indipendenti.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Simon Schembri beda b’ringrazzjament lejn il-familja tiegħu, l-istaff mediku u anke l-bank tad demm.

Qal li ħajtu inbiddlet u m’għadiex kif kienet imma bl-għajnuna ta’ sħabu sar Simon aħjar milli kien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend