Pressjoni fuq May għal proposti friski dwar Brexit – One News

Notifiki

Pressjoni fuq May għal proposti friski dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May għandha tipproponi ideat ġodda dwar Brexit minħabba  l-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi li qed taħkem in-negozjati.

May tinsab fi triqitha lejn Brussell għal summit kruċjali mal-mexxejja Ewropej dwar Brexit, li qed ikun deskritt bħala il-“make or break” għall-Prim Ministru Ingliż.

Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li ma tantx għad fadallu tama li l-Ewropa u r-Renju Unit se jilħqu ftehim dwar Brexit, tant, li hemm tensjoni fir-Renju Unit li l-Gvern ta’ May jitlef il-maġġoranza, u jkollha tissejaħ elezzjoni ġenerali bikrija.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll se jkun preżenti għal dan is-summit, li se jibda’ iktar tard illum u jdum għaddej tliet ijiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend