Żewġha “serqilha ħajjitha” wara li gideb li kellu l-kanċer – One News

Notifiki

Żewġha “serqilha ħajjitha” wara li gideb li kellu l-kanċer

Ingliża li għal snin twal emmnet li żewġha kellu l-marda tal-kanċer, qalet li l-gidba ta’ żewġha ‘serqitilha ħajjitha’. F’intervista lill-midja Ingliża, Lucy Witchard minn Leicester, l-Ingilterra, spjegat kif żewġha, David Carroll ta’ 35 sena, qal li kellu l-marda tal-leukaemia meta ltaqgħu fl-2006.

Huma żżewġu fl-2011, iżda sseparaw malli ħareġ fil-beraħ li żewġha gidbilha. 

Fl-intervista kien spjegat ukoll li fl-2015, omm Witchard tat £2,000 għal trattamenti mediċi fl-Istati Uniti wara li David Carroll qal li l-kanċer tiegħu kien terminali. Huwa ngħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li nstab ħati ta’ frodi fil-Qorti Maġisterjali ta’ Leicester il-ġimgħa li għaddiet.

Jidher li familtu bdiet tissuspetta li kien qed jigdeb wara li ntebħu li Carroll kien qiegħed fuq btala fl-Istati Uniti minflok jieħu t-trattamenti li allegatament kellu bżonn. Jidher ukoll li malli martu affaċċjatu bl-allegazzjoni ta’ gideb huwa ċaħad dan kollu, u saħansitra wasal biex ċempel lil kollega tiegħu biex ikellem lil martu, taparsi kien it-tabib tiegħu.

“Wara dik it-telefonata, kont naf li ż-żwieġ tagħna sfaxxa fix-xejn”, saħqet martu.

Carroll eventwalment ammetta li kien ilu sin twal jigdeb li kellu din il-marda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend