It-triq li tgħaqqad il-Marsa ma' Ħal Qormi se tingħalaq għat-traffiku bejn it-Tlieta u l-Erbgħa | One News

Notifiki

It-triq li tgħaqqad il-Marsa ma’ Ħal Qormi se tingħalaq għat-traffiku bejn it-Tlieta u l-Erbgħa

Mid-09:00 it-Tlieta sa kmieni l-Erbgħa filgħodu, it-triq li tgħaqqad Triq Aldo Moro ma’ Triq il-Marsa, (it-triq taċ-Ċimiterju tat-Torok), se tkun magħluqa għat-traffiku miż-żewġ direzzjonijiet minħabba xogħlijiet li se jkunu qed isiru bħala parti mill-proġett tal-Junction tal-Marsa.

Infrastructure Malta ħabbret ukoll li x-xogħol fuq Triq il-Gvern Lokali wasal fi stadju avvanzat u din mistennija tinfetaħ mill-ġdid għat-traffiku fil-ġimgħat li ġejjin. Sewwieqa li jiffrekkwentaw l-inħawi huma mħeġġa jsegwu direzzjonijiet li se jkunu qed jingħataw fit-toroq minħabba li din it-triq se tkun magħluqa għal jum sħiħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend