Duq iċ-ċikkulata roża li se tqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider – One News

Notifiki

Duq iċ-ċikkulata roża li se tqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider

F’xahar iddominat mill-kulur roża biex titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, ittellgħet attività li fakkret l-iskoperta taċ-ċikkulata r-roża. 

Id-direttur tal-kumpanija WorldWide Charles Pace spjega ma’ One News kif din iċ-ċikkulata bl-isem ta’ RUBY ġiet skoperta tlettax-il sena ilu. Huwa spjega kif “il-proċess ta’kif jinħadem huwa differenti li joħroġ in iċ-ċikkulata roża li hija kompletament differenti miċ-ċikkulati l-oħra kollha.”

Biċ-ċikkulata Ruby ma’ kull rokna tal-kamra, flimkien ma’ funtana taċ-ċikkulata roża, is-Sur Pace spjega li fil-kuntest tal-kampanja Pink October, ħass li din l-attività kellha tingħaqad mal-Fondazzjoni Marigold.

Filfatt, fil-preżenza tas-Sinjura Michelle Muscat ingħatat donazzjoni għall-Marigold biex issaħħaħ il-kampanja li diġà tmexxi. Ġest li kien imfaħħar mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, li kien ukoll preżenti għall-attività.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend