Davis irid massakru fuq il-pjan ta’ May għal Brexit – One News

Notifiki

Davis irid massakru fuq il-pjan ta’ May għal Brexit

Is-Segretarju tal-Istat Ingliż għal Brexit, David Davs, sejjaħ lill-membri parlamentari Ingliżi biex imorru kontra  r-rieda tal-Prim Ministru Theresa May u jagħmlu ‘massakru’ fuq il-pjan tagħha għal Brexit. 

Davis qal li il-pjan tagħha mhux wieħed maħsub sew u huwa kompletament inaċċettabbli, meta wieħed jikkunsidra li Brexit kellha tkun waħda mill-iktar deċiżjonijiet fundamnetali li l-Gvern Ingliż kellu jieħu f’dawn iż-żmienijiet.

“Wasal iż-żmien li l-kabinett juru l-awtorità tagħhom. Hemm l-awtorità tal-kostituzzjoni tagħna fin-nofs”, qal Davis f’opinjoni fuq gazzetta Ingliża.

Intant, il-mexxejja Ewropej mistennija jiltaqgħu fi Brussel il-ġimgħa d-dieħla biex jiddiskutu Brexit. Aktar kmieni din il-ġimgħa, rapporti fil-midja Ingliża ddeskrivew dan is-summit bħala l-giljottina fuq il-pjan ta’ Theresa May.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend