Futsal: Valletta jiftħu bl-ewwel rebħa – One News

Notifiki

Futsal: Valletta jiftħu bl-ewwel rebħa

Matul din il-ġimgħa it-timijiet kollha tal-futsal kienu fl-azzjoni, b’Valletta FC Futsal jkollhom l-ewwel rebħa staġjonali.

Il-Beltin, wara l-impenji tagħhom fil-UEFA Futsal Champions League, fl-ewwel logħba tagħhom tal-kampjonat ħarġu rebbieħa fuq it-tim ta’ taħt id-19-il sena ta’ Luxol, bl-iskor ta’ 9-1.

F’aktar riżultati li kellna matul din il-ġimgħa, Tarxien Rainbows Futsal għelbu lil Pietà Hotspurs Futsal bi skor minimu ta’ 3-2.

Logħba ferm interessanti kienet dik bejn Birkirkara FC Futsal u Swieqi United, b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-3.

Luxol St Andrews kisbu rebħa oħra konvinċenti ta’ 8-1, din id-darba kontra t-tim tal-istudenti tal-Università ta’ Malta.

It-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United rebħu 5-1 kontra t-tim ta’ UM Futsal Academy.

Il-ġimgħa d-dieħla jkollna dawn il-logħbiet:

It-Tnejn 15 ta’ Ottubru (Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

Birkirkara FC Futsal vs University of Malta Students Futsal Team

It-Tlieta 16 ta’ Ottubru (Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

Swieqi United vs Tarxien Rainbows

Il-Ħamis 18 ta’ Ottubru (Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

Luxol St. Andrews vs Swieqi United U21

Il-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru

UM Futsal Academy vs Luxol St. Andrews U19

(Fid-8:45 pm, fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke)

Valletta FC Futsal vs Pietà Hotspur FC

(Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend