It-Temp ma jħassarx il-wirja b'armar qadim tal-festa fil-Birgu | One News

Notifiki

It-Temp ma jħassarx il-wirja b’armar qadim tal-festa fil-Birgu

It-temp ma qatax qalb il-kumitat tal-festa tal-Birgu, għaliex dawn komplew bil-pjanijiet tagħhom biex jtellgħu l-wirja mill-isbaħ b’armar qadim tal-festa.

Il-wirja li saret fl-Oratorju tar-Rożarjanti fil-kunvent tal-Patrijiet tad-Dumnikani kienet tikkonsisiti f’diversi armar qadim, fosthom pavaljuni tad-drapp, pitturi ta’ qabel il-gwerra, u statwi fost oħrajn. 

Jispikka f’din il-wirja hemm l-eqdem pavaljuni tad-drapp li żżanżnu f’Malta kollha f’festa. Is-sur Alfred Debattista, dilettant u l-kaxxier tal-festi esterni saħaq l-importanza tal-istorja ta’ dawn il-pavaljuni:

“Fl-okkażżjoni tal-birgu fest qed nagħmlu din il-wirja, warajha hawn pavaljuni tal-1934, l-ewwel pavaljuni li żżanżnu f’Malta tad-drapp, fejn dak iż-żmien,il-pavaljuni kienu jkunu tal-karti jew tal-kartun. Fl-1934 il-kumitat ta’ dak iż-żmien ħareġ b’din l-idea tant sabiħa li ġiet ikkuppjata minn Malta kollha llum, u llum kulħadd għandu pavaljuni u bandalori tad-drapp”.

Esebit ukoll hemm numru ta’ manuskritt li fihom hemm minuti li kienu jinkitbu f’laqgħat tal-kumitat. Wieħed ukoll jistgħa jara programm oriġinali tal-festi ċentinarji li kienu saru fl-1922 li kkomemorizzaw il-mewt ta’ San Duminku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend