Edizzjoni akbar minn qatt qabel ta' ŻiguŻajg | One News

Notifiki

Edizzjoni akbar minn qatt qabel ta’ ŻiguŻajg

Għat-tmien sena konsekuttiva, eluf ta’ tfal u familji ser ikollhom iċ-ċans jattendu għall-festival internazzjonali tal-arti, ŻiguŻajg.  Mifrux fuq disat ijiem, dan il-festival ser joffri xelta wiesgħa ta’ attivitajiet li jvarjaw minn arti performattiva, għal teatru, wirjiet bil-pupazzi, serati mużikali, żfin kif ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ.

Żigużajg ta’ din is-sena se jkun akbar minn qatt qabel hekk kif ser ikollu 27 proġett mifrux f’20 post differenti fil-Belt Valletta, l-Furjana, l-Ħamrun u f’Għawdex. 

Id-Direttur tal-Festival ŻiguŻajg, Daniel Azzopardi, tkellem dwar il-programm imżewwaq li hemm imħejji. Spjega li din l-edizzjoni se tkun “akbar minn qatt qabel b’27 proġett differenti. Din is-sena għandna kollaboazjonijiet b’saħħithom ma’ entitajiet pubbliċi. Hemm taħlita sħiħa bejn film- pupazzi, ċirklu kontemporanju.  Se nagħmlu parata fuq barra tul il-ġimgħa kollha fejn it tfal ha jkunu jistgħu jilbsu maskri li jistgħu jilbsu u jkunu mal muaiċisti ikataw il kanzunetta l-parata”.

Fis-sena li l-Belt Valletta ġiet inkurunata l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Ministru Owen Bonnici qal li l-għan  tal-Gvern huwa li jkompli jżid l-attendenzi f’dan is-settur permezz ta’ bosta attivitajiet ta’ din ix-xorta li jgħinu lit-tfal biex jitrawmu u japprezzaw is-sabiħ tal-kultura:

“Irridu nibdew minn eta’ zgħira biex iktar tfal żgħar jieħdu pjaċir jiġu avvenimenti kulturali tal-aqwa livell. Għalhekk għandna Żigużajg- avvenimenti li jgħoddu għall-etajiet kollha biex inferrxu is-sbuħija tal-Kultura fil-familji Maltin u Għawdxin”.

ŻiguŻajg ser jittellgħha bejn is-16 u l-25 ta’ Novembru.  Kull min jixtieq jattendi jista’ jakkwista l-biljetti online fuq www.ziguzajg.org

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend