Titjib fi 18-il junction tul is-sajf li għadda – One News

Notifiki

Titjib fi 18-il junction tul is-sajf li għadda

Ix-xogħol ta’ titjib li sar fit-toroq u junctions ta’ pajjiżna tul dan is-sajf sewa lill-Gvern €17-il miljun. Dan qalu l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg waqt konferenza stampa fejn ta spjagzzjoni ċara dwar ix-xogħlijiet li infrastrutturali li saru. 

Il-Ministru Borg spjega kif apparti li fis-sajf ikun hemm volum inqas ta’ karozzi fit-toroq, it-temp jippermetti aktar u għalekk il-ħaddiema setgħu jimassimiżżaw il-ħin tagħhom fuq il-lant tax-xogħol.

Issa li għadda dan l-istaġun Infrastructure Malta tefgħet ħarsitha fuq il-bini ta’ mija u għoxrin triq residenzjali.

Il-Ministru Borg qal li t-toroq “qabel kienu responsabbli minnhom il-Kunsilli Lokali, li ma kellhomx saħħa biex jagħmluhom mill-finanzi u riżorsi umani. Allura se nintervjenu. Bħalissa se ninvestu, u fil-bidu tas-sena se nimplimentaw”.

Għall-ewwel darba sabiex aktar kuntratturi ikunu mħajjra jagħmlu x-xogħlijiet it-tenders tat-toroq ġew mqassma flinkien hekk kif fil-passat kien hemm anomaliji kbar:

“Hija xi ħaġa ġdida, ma nistgħux nibqgħu nitrattaw tender ta’ €100,000 ta’ triq li fiha jgħixu 20 familja ma tender ta’ €70miljun li fih inti għandek l-akbar proġett li qatt ra l-pajjiż, ma nistgħux nitrattawhom b’dawn il-mod allura qed nikkonsolidaw għal ġid tal-awtorità, għal ġid tar-riżors uman u għall-ġid taċ-ċittadin”

L-inġinier Fredrick Azzoppardi, Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta spjega kif bħalissa għadejjin id-diskussjonijiet ma diversi entitajiet oħra sabiex la darba jitlesta x-xogħol l-uċuħ tat-toroq jibqgħu intatti. Azzopardi qal li Infrastructure Malta qed tagħmel xogħol “fejn anke aħna nikkordinaw u niddiskutu ma entitajiet oħra sabiex ituna dawk li huma bżonnijiet tagħhom, dik li hija infrastruttura li wasslet biex tinbidel ħalli meta nkunu għadejjin bix-xogħlijiet aħna naċċertaw ruħna li dawn isiur qabel jinagħta l-wiċċ tat-tarmak fit-triq partikolari.”

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Borg fakkar kif dan is-sajf b’kollox ġew imtejba tmientax-il junction kif ukoll inbena mill-ġdid il-Marsa Hamrun Bypass. Dan il-proġett ħalla l-frott mixtieq hekk kif il-ħin ta’ stennija naqas b’aktar minn erbgħin fil-mija.

Ix-xogħol fuq il-Marsa Junction irranka ġmielu wkoll biex fil-xhur li ġejjin Triq Aldo Moro mistennija titwessa’ għal għaxar karreġjati.

Il-Ministru Borg spjega wkoll kif bħalissa Infrastructure Malta qed tħejji sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fuq il-mini ta’ Santa Luċija, Triq Buqana fir-Rabat, Triq Ħal-Qormi u is-Central Link Project.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend