"Niddedika din l-iskultura lill-ulied Maltin. Il-futur huwa f'idejhom" | One News

Notifiki

“Niddedika din l-iskultura lill-ulied Maltin. Il-futur huwa f’idejhom”

 

“Niddedika din l-iskultura lill-ulied kollha ta’ Malta. Il-futur huwa f’idejhom”.

Kliem l-artist Żvizzeru Ugo Rodinone, meta fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat ġiet inawgurata esebizzjoni fl-Ispazju Internazzjonali Malti għall-Arti, il-MICAS. 

L-iskultura tal-ġebel minn Rondinone bl-isem ‘The Radiant’, hija simbolu tal-ispirtu uman fl-element bikri tiegħu.

Rondinone uża stil partikolari, b’mod u manjiera li jħalli l-ġebla kemm jista’ jkun awtentika anke jekk ġarbet xi ħsarat kawża ta’ elementi naturali:

“The stone figure is universal and it appeals to everyone and has an ancient history and connects the past to the future”

L-iskultura tinsab għall-wiri fil-ġonna ta’ Sa Maison fil-Furjana mit-13 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.

Rondinone ma naqasx milli jfaħħar lil Malta għall-isforzi li qed tagħmel biex toħloq pjattaformi artistiċi kemm għal artisti lokali kif ukoll internazzjonali:

“It’s very fascinating what you’re having it’s one of a kind I never experienced such a specific multicultural situation like in Malta”.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser l-arti bħala għodda utli għall-inklużjoni soċjali.

Tenna l-viżjoni tal-Gvern li Malta tkun ċentru ta’ kreattivitá u nnovazzjoni għal kull min jaspira li jimraħ f’dan is-settur.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend