“Għalkemm reġgħu sabuli l-kanċer, jien għadni hawn” – One News

Notifiki

“Għalkemm reġgħu sabuli l-kanċer, jien għadni hawn”

Dalgħodu t-telespettaturi tagħna bdew il-ġurnata tagħhom ma’ Clare Busuttil. Clare qassmet l-istorja tagħha dwar kif għaddiet mill-mewġ li jġib miegħu il-kanċer tas-sider.

Busuttil spjegat kif marret waħedha għand it-tabib biex tagħmel it-test, u malli ħadet l-aħbar, kellha biżà waħda biss.

“Ma ridtx ninkwieta lil ta’ madwari. Ħafna jgħidulek kemm inti b’saħħtek, imma xorta int weak għaliex xorta tibża. La darba għadda kollox, għidt xi grazzja din li għandna carers li jgħinuna nasslu s’hawn. Għalkemm reġgħu sabuli l-kanċer, għadni hawn”.

Busuttil qalet li sabet ħafna appoġġ mill-familja, mill-kollegi tax-xogħol, u mit-tobba, li llum il-ġurnata tqishom bħala parti mill-familja tagħha.

Bi tbissima kemxejn mistħija, Busuttil qalet ukoll li minkejja kollox xorta baqgħet għaddejja, tant, li din is-sena stess se tibda’ kors ta’ Masters. “Jekk inwassalx sal-aħħar, ma nafx, imma nippruvaw”, qalet Clare.

Fl-aħħar mill-aħħar, it-tagħlima li t-telespettaturi tagħan ħadu mingħand Clare kien wieħed sempliċi:

“Ħafna nies jibżgħu, imma ħudu ħsieb tagħkom infuskom mhux tibżgħu biss. Din tgħaddi wkoll, bħal ma jgħaddu trawmiet oħra”.

Magħha fuq il-programm ONE Breakfast, kien hemm ukoll iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat, li tkellmet dwar l-avvenimenti li għadhom ġejjin tul dan ix-xahar b’rabta mal-kampanja Pink October.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend