Delia: “Il-pożizzjoni tiegħi dwar Egrant ma nbidlitx” – One News

Notifiki

Delia: “Il-pożizzjoni tiegħi dwar Egrant ma nbidlitx”

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia iddikjara bl-aktar mod skjett li ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil li l-kumpanija Egrant hija tal-Prim Mnistru Joseph Muscat. Dan minkejja li ftit tax-xhur ilu huwa ġie daru mal-ħajt u mar lura minn kelmtu meta bidel id-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni ta’ Busuttil mill-Partit Nazzjonalista.

Dan qalu waqt żjara fl-MCAST fejn spikkaw mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-kriżi li ħakmet lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista wara li Simon Busuttil u l-fazzjoni tiegħu svijjaw mill-aġenda tal-Kap Adrian Delia.

Għal darb’oħra, Delia reġa’ tenna li ma kinitx xi ħaġa ġdida li ma jkollux qbil ma’ Simon Busuttil.

Mistoqsi dwar il-U-turn li għamel mid-deċiżjoni tiegħu ftit tax-xhur ilu, viżibilment imfixkel u bl-għajnuna ta’ Clyde Puli, Delia wieġeb li din il-mistoqsija weġibha tmien darbiet.

Ftit tal-ħin wara Delia ddikjara wkoll li hu ma kienx jaf bid-diskorsi li kien se jagħmel Busuttil u meta mistoqsi jekk din kinitx parti mill-aġenda Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli imbotta il-mikrofonu minn id il-ġurnalist sabiex Delia seta’ jirtira lejn il-karozza.

Intant fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-insistenza ta’ Simon Busuttil li Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat hija dikjarazzjoni surreali li tixhed disprament politiku u ebda rispett lejn is-saltna tad-dritt. Minkejja li Busuttil qal li kellu s-sosten tal-poplu Malti Busuttil donnu nesa li ftit aktar minn sena ilu l-Partit li kien qed imexxi tilef elezzjoni bl-akbar maġġoranza mill-Indipendenza l’hawn. Iżda, iktar serja minn hekk huwa l-fatt li qatt il-Parlament Malti ma kellu rappreżentant fi ħdanu li injora daqshekk il-kunċett bażiku tar-rule of law temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend