AĠĠORNAT: Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar il-qtil ta’ DCG – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar il-qtil ta’ DCG

Kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Espert forensiku diġitali tal-Europol, xehed quddiem il-Maġistrat Claire Zammit Stafrace li  f’Diċembru li għadda assista lill-Pulizija ta’ Malta biex waqt it-tfittxijiet li saru jiġi elevat apparat eletroniku.

Erba’ uffiċjali oħra mit-Taqsima tal-Forensika xehdu dwar l-analiżi forensika tal-karozza ta’ Caruana Galizia, it-tinda tal-patata fil-Marsa u ż-żewġ dgħajjes tal-akkużati.

Wieħed minnhom spjega li kien preżenti waqt li bugħaddasa tal-Forzi Armati tellgħu mill-baħar oġġetti relatati mal-qtil.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend