Bis-senter għan-nemus – One News

Notifiki

Bis-senter għan-nemus

Ħafna jkunu dawk li jgħidu kif ċertu nies jitħallew jgħidu li jridu,  u saħansitra jigdbu fuq Malta. Jinkwetaw bis-serjetà.  U jkunu jistennew li xi ħaġa ssir.   Dawn speċjalment l-anzjani li jafu żmienijiet oħra.  Imma llum iż-żmienijiet inbidlu.

Spiċċa ż-żmien li noħorġu bis-senter għax hemm in-nemus li qed joħroġ u jniggeż u joqros.  Nemus jibqa’.  Jien ukoll niftakar fi żmienijiet oħra, fejn mal-inqas kelma konna narmaw il-kanuni u nibdew battalja u nintilfu fuqha. Illum dak iż-żmien spiċċa, u mn’Alla.  Kien hemm min bata’ wkoll minħabba dik l-attitudni ta’ dak iż-żmien.  Kien hemm min mar il-ħabs,  jew b’sentenza jew għax għamel żmien arrestat.  U huma batew u l-familji tagħhom.  Tgħidux lili għax iddifendejt bosta u bosta minnhom,  u meta wehħu jew kellhom l-appelli, kulħadd insiehom.

Għaddejna snin inbatu mit-timbru li kienu jieħdu gost iċappsu fuqna u jsemmu.  U neħlu aħna lkoll.

Issa għandna mewġa oġra ta’ nemus.  Imma xorta nemus jibqa’ u m’hemmx għalfejn noħorġu bis-senter għan-nemus.

Li qed imorru barra minn Malta mhux l-ewwel darba.  Imma minkejja kollox il-progress ekonomiku ma waqafx,  u n-nies dak li jinteressahom u mhux il-qlajjiet.   Eżempju klassiku tal-Egrant.  Hawn min għadu jhewden kif waqgħu għaż-żufjett u ħarġu ta’ giddibin,  Kollox bil-kalma,  għax fl-aħjar żmien irid ikollok il-kalma.

Issa kont qed nisma’ aħbar li grupp ta’ nies iridu riżenja ta’ Chris Cardona,  għax ġurnalist Taljan ħareġ bi qlajja,  li mdorrijin għalihom hafna.  Il-ġurnalisti Taljani jagħmlu proċessi mill-kolonni tagħhom,  ħalliha mbagħad li għadd kbir ta’ nies ikunu mhux ħatja ta’ xejn.  Imma huma l-aqwa li jfajru.

Tinkwetawx.  F’Malta li jdum aktar minn ġurnata huwa r-riħ isfel,  u  f’pajjiżi oħra ara ma taħsbux  li jħabblu sufhom fuq dak li jgħidu fuq Malta,  daqs kemm ħabbilna sufna fuq dak li jiġri fl-Italja.

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend