Bil-Filmat: Il-mument eżatt li tilef il-kontroll tal-karozza antika fil-Gżira | One News

Notifiki

Bil-Filmat: Il-mument eżatt li tilef il-kontroll tal-karozza antika fil-Gżira

Żagħżugħ ta’ 28 sena jista jgħoddha b’waħda wara li tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’żewġ vetturi oħra.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-09:10 fi Triq ix-Xatt fil-Gżira meta għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieq, żagħżugħ ta’ 28 sena minn San Ġiljan, tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Jensen bil-konsegwenza li qabad is-central strip u baqa’ dieħel f’tliet vetturi.

Jidher li s-sewwieq m’għaddiex mit-test tal-breathalyser fejn il-livell tal-alkoħol kien id-doppju minn dak permessibbli bil-liġi, u viżibilment imbikkem, irrifjuta l-għajnuna medika hekk kif wasslet l-ambulanza fuq il-post. Sorsi fuq il-post qalu li jidher li s-sewwieq ġarrab xi ġrieħi f’siequ, u għad għandu xi marki taċ-ċinturin tas-sigurtà m’għonqu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend