ARA: Casa huwa l-aħħar persuna li jista’ jitkellem dwar fatti – One News

ARA: Casa huwa l-aħħar persuna li jista’ jitkellem dwar fatti

David Casa huwa l-aħħar persuna li jista’ jitkellem dwar fatti u l-istqarrija li ħareġ l-aħħar hija surreali kif ukoll konferma li m’għandu l-ebda kredibilità. Stqarr dan il-Partit Laburista fi stqarrija.

Għal xhur sħaħ flimkien ma’ kollegi tiegħu mill-Partit Nazzjonalista, Casa kien parti minn kampanja politika ibbażata fuq dokumenti foloz li allegaw li Egrant tappartjeni għall-Prim Ministru u membri tal-familja tiegħu.

Dan kollu kien ippruvat li kien gidba minn inkjestà indipendenti iżda Casa jippreferi li jinjora r-riżultat ta’ din l-inkjesta meta r-riżultat finali ma jgħoġbux. Madanakollu kellu l-ardir li joħroġ stqarrija fejn qal li l-fatti huma sagri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend