Bosta atleti milqugħa f’Kastilja – One News

Notifiki

Bosta atleti milqugħa f’Kastilja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ f’Kastilja lil diversi sportivi li kisbu unur fl-aħħar ġimgħat u ppreżentalhom rikonoxximent. Il-Prim Ministru, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, laqgħu lit-timijiet tal-waterpolo,Neptunes Leo Vegas li rebħu l-Premier Divsion tal-Kampjonat tas-Sajf, lil Marsaxlokk Browns, li rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat tas-Sajf, u lil Exiles Elia Caterers li rebħu l-kampjonat tan-nisa. Ġew rikonoxxuti wkoll it-tim tan-nisa ta’ taħt it-tmintax –il sena tal-basketball li kisbu l-fidda f’Divżjoni Ċ tal-Kampjonati Ewropej tan-nisa f’Andorra, u s-Sur Charles Aquilina li rebaħ il-kampjonat Mondjali tat-table soccer f’Ġibiltà fil-kategorija tal-Veterani.

Il-Prim Ministru Muscat qal li l-iskop ta’ dawn l-okkażjonijiet huwa biex nagħtu viżibiltà lil dawn l-isportivi u nuru l-potenżjal li għandna fil-qasam sportiv, partikolarment fost it-tfal u ż-żgħażagħ.

Il-Prim Ministru għamel referenza għad-dixxiplina sportiva tal-basketball fejn tkellem fuq l-investimenti li qed isiru fil-padiljun, u semma wkoll id-dixxiplina tat-table football u s-suċċessi li nkisbu.

Fl-aħħarnett Dr Muscat semma wkoll id-dixxiplina tal-Waterpolo u stqarr li l-kwalifikazzjoni għat-tieni darba għall-Kampjonati Ewropej se jgħinu lill-pajjiżna jikber aktar f’dan il-qasam.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima tenna l-impenn tal-Gvern li jgħin lill-Assoċjazzjonijiet sportivi, u rrefera għall-bżonn li jkun hemm iktar enfasi fuq nurseries, biex iktar tfal u żgħażagħ jitħarrġu f’xi dixxiplina sportiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend