L-UE teħtieġ strutturi li jagħtu spinta lil gżejjer bħal Għawdex – Alfred Sant – One News

Notifiki

L-UE teħtieġ strutturi li jagħtu spinta lil gżejjer bħal Għawdex – Alfred Sant

L-Unjoni Ewropea teħtieġ strutturi li jiffavurixxu komunitajiet bħal dawk li jgħixu fil-gżira ta’ Għawdex u li jippermettu l-għejxien u l-iżvilupp ta’ dawn il-gżejjer, qal Alfred Sant meta vvota favur riżoluzzjoni biex jittieħdu passi politiċi li jtejbu s-sitwazzjoni f’żoni rurali, muntanjużi u remoti. Dr Sant qal li l-entitajiet Ewropej ħafna drabi jsibuha komda li jinsew id-drittijiet ta’ każijiet partikolari bħal Għawdex.

L-MEP Malti qal li jekk niflu l-qafas politiku u l-istrutturi l-ġodda għal finanzjament – aktar milli jassistu lil dawn il-komunitajiet, il-proposti l-ġodda jnaqqru dak li kien diġa` nkiseb.

“Għal ħafna snin, iddefendejt id-drittijiet taċ-ċittadini li jgħixu f’dawn iż-żoni biex ikollhom kundizzjonijiet ugwali ta’ dawk li jgħixu fi bnadi oħra tal-Ewropa. Dawn għandhom id-dritt igawdu minn tkabbir sostenibbli u inklussiż, mill-istess kwalita` ta’ ikel, l-istess livell ta’ inklużjoni soċjali, ugwaljanza bejn is-sessi, ħolqien ta’ impjiegi, diġitalizzazzjoni u suq intern effiċjenti.”

Dr Sant qal li d-drittijiet ta’ dawn iċ-ċittadini huma mħarsa mit-trattati: speċifikament f’Artiklu 174 li jiddikjara li l-Unjoni għandha l-għan li tnaqqas id-differenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp f’bosta żoni speċjalment dawk li baqgħu l-aktar lura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend