Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu se tkun iċċelebrata mill-komunitajiet Karmelitani kollha f'Malta | One News

Notifiki

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu se tkun iċċelebrata mill-komunitajiet Karmelitani kollha f’Malta

Din is-sena fl-okkażżjoni taċ-ċentinarju tal-Parroċċa ta’ Santa Venera, il-festa devota tal-Madonna tal-Karmnu li ssir kull sena fix-xahar t’Ottubru, qed tkun iċċelebrata bis-sehem tal-komunitajiet karmelitani tal-Provinċja ta’ Malta.

Ser jieħdu sehem fil-jiem tat-tridu il-Komunitajiet Karmelitani tal-Fgura, tal-Balluta u tal-Belt Valletta.  Minħabba l-istess okkażżjoni il-purċissjoni li ser issir il-Ħadd 14 t’Ottubru ser toħroġ filgħodu fid-8.45 a.m. mill-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera  u ser tgħaddi minn rotta differenti minn dik tas-soltu.

Fost l-oħrajn ser tgħaddi minn quddiem il-Knisja l-Qadima ta’ Santa venera fejn ser issir ċelebrazzjoni Marjana.  Il-purċissjoni ser titmexxa mill-Provinċjal tal-Karmelitani bis-sehem tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu.

Ta’ min wieħed issemmi illi f’inqas min xahar propju nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru, ħa ssir purċissjoni oħra filgħodu bl-istatwa titulari dik ta’ Santa Venera.

Il-purċissjoni ta’ nhar il-Ħadd se tkun trasmessa Live fuq il-paġna ta’ facebook tal-Kumitat Festi Esterni Santa Venera.

Ritratt: Brandon Bonett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend