“Ċensu Tabone: Persuna ta’ valuri kbar – valuri li għamlu unur kbir lil pajjiżna.” – Il-President Coleiro Preca – One News

Notifiki

“Ċensu Tabone: Persuna ta’ valuri kbar – valuri li għamlu unur kbir lil pajjiżna.” – Il-President Coleiro Preca

Kien b’dan il-mod li l-President Marie-Louise Coleiro Preca, iddeskriviet lill-eks President ta’ Malta, Ċensu Tabone, waqt serata mużiko-letterarja li l-Uffiċċju tal-President organizza ad unur tiegħu, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.

“Inqis lill-eks President Censu Tabone bħala mudell tal-valur tal-għaqda tal-familja, għaqda li fuqha għandha tistrieħ soċjetà li tkun b’saħħitha, soċjetà li tkun altruwista u soċjetà li tkun pożittiva. Dott Tabone kien politiku li, fil-fehma tiegħi, ikkontribwixxa bil-kbir lejn pajjiżna, politiku ta’ lealtà u ta’ prinċipju, u professjonista mill-aktar etiku, li permezz tax-xogħol tiegħu u tal-iskoperti, fuq livell dinji, fil-qasam tal-oftalmoloġija, ta viżibilità mill-aqwa lil Malta tagħna,” tenniet il-President, filwaqt li awgurat li pajjiżna jkollu ħafna aktar bħal Dott Tabone.

Tul is-serata, li tmexxiet minn Matilde Cordina, taw il-kontribut tagħhom, Dott Mario Tabone, il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici, Dott Philip Farrugia Randon, u George Curmi – il-Pusè. Għal din l-okkażjoni wkoll, l-Uffiċċju tal-President organizza wirja b’għadd ta’ ritratti u memorabilia marbuta mal-eks President Ċensu Tabone.

Ritratti – OPR

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend