Raġel jitlef ħajtu wara li kien qed jgħum f’Għawdex – One News

Notifiki

Raġel jitlef ħajtu wara li kien qed jgħum f’Għawdex

Ġermaniż ta’ 56 sena tilef ħajtu wara li lbieraħ waranofsinhar sab diffikultà waqt li kin qed jgħum f’Marsalforn, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:00 il-Ħadd waranofsinhar meta r-raġel talab l-għajnuna fi Triq Għar Qawqla, Għawdex. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn ġie kkonfermat li kien qed isofri minn ġrieħi serji.

Iktar tard, għall-ħabta tat-20:00, kien ikkonfermat li r-raġel tilef ħajtu.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa P.Coppini li ħatar diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend