Jibda l-kampjonat tal-Futsal Lokali | One News

Notifiki

Jibda l-kampjonat tal-Futsal Lokali

Ingħata bidu għall-kampjonat il-ġdid tal-futsal lokali, bis-sehem ta’ diversi plejers li baqgħu mat-timijiet li kienu magħhom fl-istaġun li għadda u oħrajn li bidlu t-tim.

Dak li kien it-tim ta’ Mriehel ESS u li issa sar Birkirkara FC Futsal, kellu jsofri l-ewwel telfa tal-istaġun kontra Luxol St. Andrews, bl-iskor ta’ 7-1. Logħba li Luxol ikkontrollaw tajjeb, speċjalment fit-tieni taqsima.

Fl-ewwel taqsima Luxol marru 2-0 minn fuq permezz ta’ Celino Alves u George Frendo.

Fit-tieni taqsima Luxol komplew ikabbru l-iskor b’żewġ gowls oħra ta’ Celino Alves u gowl kull wieħed għal Maicon Da Silva Gaiewski, Zvezdan Vukovic u Daniel Mifsud li ddebbutta ma’ Luxol. Birkirkara skurjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni permezz tal-plejer kowċ Eslam Khalifa.

F’aktar logħbiet li kellna matul din il-ġimgħa Swieqi United għelbu lil Pieta Hotspurs bl-iskor ta’ 6-2 u Tarxien Rainbows għelbu lil Luxol U19 7-1. Fid-derby bejn l-UM Futsal Academy u t-tim tal-Università ta’ Malta, tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 9-1.

Illum tibda it-tieni ġurnata:-

Luxol St. Andrews vs University of Malta Students Futsal Team

(Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

Għada:-

Swieqi United vs Birkirkara

(Fit-8:15 pm, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend