Pjazza Tritoni tirċievi unur prestiġġjuż – One News

Notifiki

Pjazza Tritoni tirċievi unur prestiġġjuż

Il-Proġett ta’ Pjazza Tritoni rċieva unur mill-Arkitetti Maltin għal spazji pubbliċi. Dan tħabbar mill-GHRC.

Minn venda tal-linja, l-akwati tal-Funtana tat-Tritoni, ingħataw lura lill-poplu bħala spazju pubbliku, f’forma ta’ pjazza.

Dan hekk kif f’inqas minn sena xogħol, proprju wara tliet mitt jum ta’ ħidma, il-figuri tal-bronz ta’ fuq l-istatwa ttieħdu għar-restawr lil hinn minn xtutna, waqt li l-akkwati ddawru fi pjazza mill-isbaħ, li se tkun qed titgawda minn dawk kollha li se jidħlu fil-Belt Valletta.

Fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni li saret f’Jannar fl-istess pjazza, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Pjazza Tritoni hi waħda minn kullana ta’ bidliet kbar li tinsab għaddejja minnhom il-Belt Valletta, bidliet li ġejjin minn proġetti li saru kemm minn din l-amministrazzjoni, kif ukoll ta’ qabilha.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/01/10/filmat-l-ahhar-irtokki-qabel-l-inawgurazzjoni-tal-progett-tar-restawr-tal-funtana-tat-tritoni/

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend