Goal fl-aħħar 10 minuti jagħti rebħa oħra għal Gżira – One News

Notifiki

Goal fl-aħħar 10 minuti jagħti rebħa oħra għal Gżira

Gżira akkwistaw il-ħames rebħa staġjonali meta għelbu lil Qormi 1 – 0 b’goal fl-aħħar 10 minuti tal-partita f’logħba li kienu ikkontrollata minn Darryl Agius.

L-ewwel azzjoni perikoluża waslet għal Gzira Untied fil-ħdax-il minuta, b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Juan Carlos Corbolan li għadda ftit għoli mil-lasti difiżi mill-gowlkiper Jamie Azzopardi.

L-aħħar azzjoni fl-ewwel taqsima waslet fil-43 minuta minn Gzira meta Roderick Briffa ta lejn Corbolan li avanza daħal fil- kaxxa u tefa’ lejn in-nofs fejn il-gowlkiper Qormi salva bla problemi.

HT: 0 – 0

Gżira fetħu tajjeb anke fit-tieni taqsima, din id-darba ma kważi siegħa logħob ċans tajjeb ta’ Rodolfo Soares li b’daqqa ta’ ras tefa’ ftit barra wara li rċieva kross tajjeb ta’ Edison Bilbao Zarate.

Ghoxrin minuta mit-tmiem kellna fawl fuq Corbolan li wassal għal xi argumenti bejn il-plejers u r-referi wera l-karta safra lejn Zachary Scerri, filwaqt li Tensior Gusman ġie muri l-karta ħamra għal xi rimarki li għadda.

Fil-79 minuta Gzira skurjaw dak li kellu jkun l-goal tar-rebħa. Żball kbir ta’ Davide Mansi li pprova jqassam lura lejn il-gowlkiper u Haruna Garba seraq il-ballun u f’lasta vojta tefa’ l-ballun fix-xibka.

Minuta wara l-Qriema spiċċaw bi plejer ieħor imkeċċi, meta Gaetano Gesualdi li kien ilu biss kwarta, rċieva t-tieni karta safra u ntwera l-ħamra.

Skor Finali: Gżira 1 – 0 Qormi

BOV plejer tal-partita: Juan Carlos Corbolan

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend