ARA: Clean UP fil-Floriana – One News

Notifiki

ARA: Clean UP fil-Floriana

Il-lokal tal-Floriana llum ingħaqad għal jum ta’ tindif. L-avveniment “Żomm l-Indafa fil-Floriana” se tkun qed issir bejn it-08:30 u s-13:00, hekk kif dan il-lokal jospita numru ta’ organizzazzjonijiet, negozji, u ambaxxati ewlenin.

Din l-inizjattiva tipermetti li r-residenti u n-negozji li jkollhom rwol importanti fiż-żamma ta’ din il-lokal. Dan huwa kruċjali, meta jitqies il-fatt li dan il-lokal esperjenza żieda fir-residenzi u n-negozji. Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista spjega li mill-bidu tal-ħatra tiegħu bħala Segretarju Parlamentari responsabbli għad-Diviżjoni ta’ Tindif u Manutenzjoni, huwa żgura li jaħdem mill-qrib mal-Kunsilli Lokali għal Malta aktar nadifa.

Kompla jgħid li d-dixxiplina fejn jidħol l-iskart pubbliku jista ‘jiġi indirizzat biss permezz ta’ infurzar effettiv u għalhekk id-Diviżjoni mhux ser iżżomm lura milli timmulta lil kull min jinqabad iħammeġ.

Debattista qal li b’xorti tajba, diversi membri tal-pubbliku jieħdu inizjattivi pożittivi u jagħmlu l-parti żgħira tagħhom biex iżommu l-lokal tagħhom nadif. Fil-fatt, stqarr kemm kien kuntent jara numru ta nies preżenti għall- Clean up Day nazzjonali li saret fil-15 ta’ Settembru ta’ din is-sena.

Filwaqt li rringrazzja lill-Kunsill lokali tal-Floriana u lis-Sindku għall-inizjattiva, huwa stieden lill-pubbliku ġenerali biex jagħmel il-parti tiegħu sabiex inżommu lil Malta nadifa kemm jista’ jkun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend