ARA: 1,433 irċevew il-ħlas żejjed li ħallsu – One News

ARA: 1,433 irċevew il-ħlas żejjed li ħallsu

1,433 persuna ibbenefikaw minn roħs fil-kera kif imħabbar fil-Baġit tal-2017. Bin-nefqa totali kienet ta’ €132, 424.

Il-persuni intitolati kollha diġa’ rċevew il-ħlas żejjed li ħallsu u gawdew minn dan it-traħħis li sar biex titneħħa ż-żieda.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid Mckay qal li l-Awtorità mill-ewwel bdiet bl-impenn tagħha biex din l-inġustizzja tigi indirizzata “u naffetwaw ukoll lill-klijenti, biex inħarsu l-inkwilin.”

Kif thħabbar fil-Baġit tal-2017, b’riżultat ta’ emendi fil-Kodiċi Ċivili dwar il-kera introdotti mill-Gvern ta’ qabel fl-2009, ġie stabbilit li l-ammont minimu ta’ kera ta’ dar ta’ abitazzjoni li għandu jitħallas japplika mhux biss għall-postijiet residenzjali mikrija mis-settur privat, iżda wkoll għal dawk ir-residenzi mikrija mingħand l-Awtorità tad-Djar.

Matul is-snin, din il-parti tal-liġi tal-kera ġiet applikata b’mod awtomatiku u b’hekk postijiet ta’ abitazzjoni mikrija mingħand il-Gvern kellhom il-kera tagħhom fis-sena aġġustata skont l-anqas kera stabbilita bil-liġi fl-2010, 2013 u 2016 rispettivament.

Din iż-żieda kienet iddaħħlet minn Gvern preċedenti immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Bil-Gvern ħa d-deċiżjonijiet li jsewwi dan kollu.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Rodrick Galdes qal li grazzi għall-impenn ta’ dan il-Gvern, il-persuni li intlaqtu minn din l-inġustizzja ġiet imsewija “u affetwaw ukoll l-kera. In-nies ġew affetwati u kulħadd issa intbagħatulu ċ-ċekkijiet.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *