Se jkun illegali li żżomm kelb marbut b’ċinga – One News

Notifiki

Se jkun illegali li żżomm kelb marbut b’ċinga

Daħlet fis-seħħ il-liġi li permezz tagħha l-klieb ma jistgħux jibqa’ jinżammu maqfula b’ċineg jew bi ktajjen ma’ post permanenti għal jiem sħaħ bħal bjut jew garaxxijiet.F’konfrenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri qal li l-liġi daħlet fis-seħħ wara għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ għaqdiet li jaħdmu favur il-ħarsien tal-annimali.

Ic-Chairperson tal-Kunsill tal-Annimali Nevise Borg Caligari qalet li dil-liġi ilha mixtieqa. Semmiet li l-liġi tobbliga lis-sidien iżommu l-klieb f’ambjent adegwat li jinkludi l-art, iċ-ċirkolazzjoni tal-arja u t-temperatura. Il-liġi tobbliga wkoll lis-sidien ma jżommux il-klieb fid-dlam permanenti waqt li jinżammu fi spazju xieraq.

 

Is-Segrtarju Parlamentari Clint Camilleri qal li l-liġi tinkludi wkoll restrizzjonijiet fuq kullari li jintlibsu l-klieb. Madankollu spjega li l-liħi ma tinkludi l-użu ta’ ċinġa addattata meta persuna tmexxi kelb f’post pubbliku.

 

Qal li min jinqabad jikser din il-liġi jista’ jeħel multa ta’ bejn elf u ħamsa u ħamsin ewro u f’każ li jerġa’ jinstab ħati jista’ jeħel bejn ħamest elef u tmenin elf ewro. Min jinstab ħati jista’ jiġi kkundannat ukoll piena ta’ tliet xhur ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend