Iktar protesti kontra n-nomina ta’ Brett Kavanaugh – One News

Notifiki

Iktar protesti kontra n-nomina ta’ Brett Kavanaugh

Mijet ta’ persuni għadhom qed jipprotestaw kontra n-nomina tal-President Amerikan lil Brett Kavanaugh fil-Qorti Suprema tal-Istati Uniti. Dan qed jaffaċċja akkużi ta’ abbuż sesswali. 

Ir-Repubblikani Amerikani ddikjaraw li rapport tal-FBI ħeles lil Kavanaugh minn kull akkuża ta’ abbuż sesswali. Iżda d-Demokratiċi qalu li l-inkjesta, li damet għaddejja ħamest ijiem biss, mhux kompluta minħabba li kienet limitata għal investigazzjonijiet fil-White House.

Is-Senat mistenni jivvota fuq in-nomina ta’ Trump iktar tard illum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend